'Pittura ta' Mattia Preti mixtrija għal €75,000 mill-gvern Malti mhux oriġinali'

'Il-poplu Malti u Għawdxi għandu jingħata risposti dwar ix-xiri għall-kollezzjoni nazzjonali minn Heritage Malta' - PN

Wara li fil-gazzetta 'The Sunday Times' ħarġet l-istorja li l-kritiku tal-arti u eks ministru tal-Kultura Taljan, Vittorio Sgarbi saħaq li pittura li nxtrat mill-gvern Malti għas-somma ta' €75,000 mhix waħda oriġinali ta' Mattia Preti iżda hi replika magħmula mill-'workshop' tal-istess artist, il-Partit Nazzjonalista qed jitolbu għar-risposta kif ġara l-każ.

intefqu €75,000  u mhux oriġinali
intefqu €75,000 u mhux oriġinali

L-Istqarrija tal-Partit Nazzjonalista tgħid li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jingħata risposti dwar ix-xiri għall-kollezzjoni nazzjonali minn Heritage Malta fid-dawl tal-kontroversja dwar ix-xiri ta’ pittura deskritta minn Heritage Malta bħala waħda ta’ Mattia Preti, il-poplu Malti u Għawdxi għandu dritt ikun jaf eżattament x’ġara f’din il-kwistjoni u kif ittieħdet id-deċiżjoni biex tinxtara din il-pittura.

"Il-Ministru Owen Bonnici, responsabbli minn Heritage Malta, għandu immedjatament jippubblika:

1. Il-politika tal-aġenzija li tirrigwardja l-akkwisti għall-kollezzjoni nazzjonali;

2. min kien responsabbli għax-xiri ta’ din il-biċċa tal-arti u min wasal għall-konklużjoni tal-prezz

3. il-proċedura li torbot max-xiri ta’ proprjetà kulturali minn Marzu 2013 s’issa;

4. l-istimi, skont is-suq, tax-xogħlijiet mixtrija minn Marzu 2013 s’issa u l'ammonti mħallsa għal kull oġġett mixtri f’dan il-perjodu."

Il-Ministru Owen Bonnici, saħaq il-PN, għandu jifhem li l-flus li ntefqu huma flus il-poplu Malti u Għawdxi, u għalhekk l-istess poplu għandu d-dritt ikun jaf eżatt x’qed jiġri f’Heritage Malta u jistenna li affarijiet bħal dawn isiru b’serjetà u attenzjoni sħiħa.

More in Arti