Marret l-isptar biex twelled tarbija u sabet li t-tarbija kienet kanċer ta' 4 kili

Każ li ġara r-Rumanija fuq mara ta' 42 sena

Għal Madalina Neagu, Rimena ta' 42 sena kellha tkun l-isbaħ ġurnata ta' ħajjitha iżda il-ferħ kollu nbidel f'inkubu tal-biża meta il-mara ddaħlet l-isptar b'uġiegħ tal-ħlas meta hi kienet konvinta li hi tqila u ħasbet li kien wasal iż-żmien li twelled. Iżda meta kienet fis-sala it-tobba ndunaw li f'żaqqha ma kien hemm l-ebda tarbija iżda kanċer enormi ta' 4 kili.

Din ġrat fil-belt ta' Botosani fir-Rumanija u l-kanċer tneħħa immedjatament. It-tobba tal-isptar qalu li l-mod kif kienet żaqqha u l-kobor taż-żaqq ma offra l-ebda dubju li l-mara ma kinitx tqila. "L-intervent biex inneħħu t-tumur dam sigħat sħaħ" qal kelliem għall-isptar Rumen, "Konna ilna ma naraw tumur ta' dak il-kobor madwar 15-il sena, iżda l-mara li tinsab f'terapija intensiva hi prevista li tirkupra għal kollox." qal it-tabib.

More in Zekzik