Heidi Klum tniedi l-linja tagħha ta’ ħwejjeġ ta’ taħt

Heidi Klum waqt it-tnedija
Heidi Klum waqt it-tnedija

Nhar it-Tnejn li għadda Heidi Klum niedet il-linja tagħha ta’ ħwejjeġ ta’ taħt, il-Heidi Klum Intimates, f’Sydney fl-Awstralja. Il-mudella Ġermaniża kienet akkumpanjata minn erba’ mudelli rġiel imlebbsin biss boxer shorts u żarbun.

Klum qalet lid-DailyMail Australia: “Inħobb ħafna l-bras rotob, ma tantx dawk li huma push up. Nippreferihom meta jkunu daqsxejn rotob u daqsxejn aktar f’forma naturali.”

Klum ħadet il-linja ta’ ħwejjeġ ta’ taħt mill-mudella Elle Macpherson meta l-linja tagħha twaqqfet f’Ottubru li għadda wara 25 sena f’idha. F’dak iż-żmien il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Bendon, Justin Davis-Rice, qal: “Elle kienet sieħba tajba għal Bendon, imma wasal iż-żmien li d-ditta titla’ iktar ’il fuq, u Heidi tinsab f’qagħda perfetta biex tagħmel hekk.”

More in Zekzik