Rachel ta' Tista' Tkun Int tagħmilha wkoll!
Araw lil Rachel Vella, ta' Tista' Tkun Int tħoll xagħarha u tomgħod iċ-ċikkulata
Jidher issa li mhux Peppi biss għamel ir-reklam tal-Cadbury.
Issa għamlitu wkoll Rachel Vella, dik li ħafna jiftakruha għall-programm Tista' Tkun Int.
Il-video għandu l-istess stil li kellu ta' Peppi Azzopardi. Rachel fl-uffiċju waqt il-ħidma tagħha mbagħad tiekol iċ-ċikkulata li qed tirreklama u taqbad tiżfen mal-mużika ta' Freddie Portelli.
Rachel kienet it-tieni personalità Maltija li għamlet dan ir-reklam. Tgħid il-kbir għadu ġej?
More in Zekzik