Il-Gozo Channel tagħmel qliegħ ta' €1 miljun

Joe Cordina wiret kumpanija li fl-2012  spiċċat is-sena b'telf ta' €1.6 miljun


Il-Gozo Channel tħabbar li matul is-sena illi ghalqet fil-31 ta Dicembru 2015 għamlet profitt ta' €1,014,025.
"Din il-figura turi l-impenn tat-tmexxija tal-Gozo Channel biex tindirizza s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina li kienet tinsab fiha l-kumpanija fl-2012," sostna Joe Cordina, Ċermen tal-Gozo Channel.
Fl-2012 il-Gozo Channel spiċċat is-sena b'telf ta' €1.6 miljun. Din il-figura tnaqqset għal €1.3 miljun fl-2013.
Filwaqt li s-sena li għaddiet, għall-ewwel darba fl-istorja riċenti, il-Gozo Channel irreġistrat l-ewwel profitti tagħha.
"Il-kumpanija tinsab kommessa li tkompli tibni fuq dawn ir-riżultati posittivi, filwaqt li tkompli bl-impenn tagħha biex toffri servizz lejn il-poplu Malti u Għawdxi u t-turisti li jivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer," sostna ċ-Ċermen tal-Gozo Channel.

More in G?awdex