Għalfejn dan l-istorbju kollu dwar il-cruise liner terminal? - Prim Ministru

Joseph Muscat jgħid li l-post li ntagħżel ma kien xejn għajr barriera mal-baħar

Dalgħodu l-prim ministru Muscat qal li ma jistax jifhem għaliex dan l-istorbju kollu dwar il-proġett tal-cruise terminal f'Għawdex, wara li ħarġu l-pjanti ta' dan il-proġett flok barriera ħdejn il-baħar, viċin Ħondoq ir-Rummien fil-Qala Għawdex.

Il-Prim Ministru qal li kien magħruf li ħarġet espressjoni ta interess għal din il-faċilita li jiżviluppa 220 metru kwadru ta' art fil-Qala. Muscat qal li hu qed iħares b'mod pożittiv fuq din il-proposta għax tinsab fuq art li diġa hi disturbata minn barriera estensiva. Kompla jgħid li n-negozjati mal-konsorzju tal-Kalamarina li s-sena l-oħra intagħażel bħala l-aħjar li tefa l-offerta għadhom mhux finalizzati. Meta l-unit tal-privatizazzjoni tikkonkludi n-negozju jkun sta għal gvern li jiddeċiedi jekk jaċċettax l-offerta jew le. Hu kkjarifika ruħu li l-gvern ma kellu l-ebda kontroll ta' dak li l-kumpanija tippublika iżda insista li hu qatt ma kien raha dawn il-pjanti qabel ġew pubblikati fil-midja.

More in G?awdex