Ħames suldati Maltin f’missjoni fil-Libanu jirċievu rikonoxximent għas-servizz tagħhom

Truppi Maltin jieħdu sehem f’parata ta’ midalji li jimmarkaw il-kontribut tagħhom għall-missjoni UNIFIL u jirrikonoxxu l-impenn tagħhom biex jippromwovu l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun

Ritratt: AFM
Ritratt: AFM

Ħames membri tal-Forzi Armati ta’ Malta bħalissa jinsabu stazzjonati fil-Libanu bħala parti mill-missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti United Nations Interim Force in Lebanon (UNIFIL), fejn qed iservu taħt il-kmand tal-unità IRISHPOLBATT.

Minkejja tensjonijiet kontinwi u ambjent operattiv impenjattiv, il-kontinġent Malti qed ikompli jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’livell għoli ta’ professjonalità u dixxiplina.

F’dan il-kuntest kumpless u sfidanti, il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jibqgħu impenjati fil-missjoni tagħhom, filwaqt li josservaw l-istandards mistennija minn peacekeepers tan-Nazzjonijiet Uniti u jirrappreżentaw lil Malta fuq livell internazzjonali.

B’rikonoxximent tas-servizz tagħhom, it-truppi Maltin reċentement ħadu sehem f’parata tal-medalji li fakkret il-kontribut tagħhom fil-missjoni UNIFIL u rrikonoxxiet l-impenn tagħhom lejn il-promozzjoni tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun.

More in Socjali