Madliena Developments Ltd tgħid li Project Green qed taħdem fuq artha f’Ta’ Ġiorni

Project Green tgħid li Madliena Developments fetħet inġunzjoni ta’ projbizzjoni kontra Project Green u l-Awtorità tal-Artijiet, hekk kif il-kumpanija privata qed tiddikjara li hi s-sid tal-art inkwistjoni.

 

Ix-xogħlijiet ta’ Project Green f’Ta’ Ġiorni, San Ġiljan, twaqqfu wara inġunżjoni ta’ projbizzjoni minn Madliena Developments Ltd.

Fi stqarrija nhar it-Tlieta, Project Green qalet li Madliena Developments fetħet inġunzjoni ta’ projbizzjoni kontra Project Green u l-Awtorità tal-Artijiet, hekk kif il-kumpanija privata qed tiddikjara li hi s-sid tal-art inkwistjoni.

“Il-Qorti aċċettat l-inġunzjoni pending deċiżjoni finali fuq it-tilwima dwar is-sjieda. B’riżultat ta’ dan, ix-xogħlijiet kollha fuq il-post ġew imwaqqfa indefinittivament,” qalet Project Green.

Il-proġett beda s-sena l-oħra u kien jinkludi “ambjent dinamiku, aċċessibbli u estetikament sabiħ, li jippromwovi l-involviment komunitarju, attivitajiet rikreattivi u sens ta’ konnessjoni mal-pajsaġġ urban divers.”

L-aġenzija qalet li l-ħitan tal-hoarding u x-xogħlijiet ta’ tindif tas-sit kienu diġà bdew.

“Project Green tibqa’ impenjata li taġixxi b’mod responsabbli u skont il-liġi waqt li jkompli l-proċess ġudizzjarju. L-aġenzija se tipprovdi aġġornamenti hekk kif tinħareġ informazzjoni ġdida.”

More in Socjali