Jekk tridu lill-istudenti ma jużawx il-karozzi irranġaw 'il-faqar ta' trasport pubbliku' - Graffitti

Għada l-istudent se jipprotestaw fuq il-'kummċerjalizzazzjoni rampanti' fl-Università ta' Malta

Ritratt mill-arkivji
Ritratt mill-arkivji

Il-Moviment Graffitti jisħaq li l-Gvern għandu jirranġa "l-faqar ta' trasport pubblik" jekk irid li l-istudenti ma jużawx il-karozzi personali tagħhom biex imorru l-Università ta' Malta. Dan fid-dawl tal-aħħar aħbar li l-Campus Hub, żona b'diversi restoranti u ħwienet biswit l-Università, għolla l-ħlas tal-parkeġġ. 

L-Għaqda mhux Governattiva (NGO) sostniet is-sejħiet li saru mill-Moviment Graffitti u NGOs oħra li l-infrastruttura tat-trasport teħtieġ reviżjoni sħiħa biex l-istudenti - fost membri oħra tas-soċjetà - ma jkollhomx għalfejn jiddependu fuq karozzi privati u art mitlufa għall-parkeġġi.Graffitti qed japella wkoll għal rotot tal-karozzi tal-linja aktar diretti u frekwenti lejn l-Università, kif ukoll rotot sikuri u effiċjenti għall-mixi u r-rota li jwasslu għaliha.

Infakkru wkoll li l-istudenti Universitarji ta' spiss jirrimarkaw li fi ħdan l-istituzjoni edukattiva u fil-madwar, hemm problema kbira ta' parkeġġ u għaldaqstant jaħsbu li mhux ġust li parkeġġ (li huwa parti mill-Campus Hub) li qabel student kien iħallas €2 kuljum biex jutilizzah, għola għal massimu ta' €12 fil-ġurnata (€60 fil-ġimgħa). Kien għalhekk li saret l-istqarrija li kienet se ssir protesta kontra din iż-żieda. Minkejja dan iż-żieda ġiet irtirata u issa l-prezz fiss huwa ta' €3 għal ġurnata parkeġġ. 

Madankollu l-protesta se ssir xorta waħda minħabba "l-kummerċjalizzazzjoni rampanti" fl-Università. Graffitti, flimkien ma' numru ta' għaqdiet oħra, se jkun qed jipprotesta,  għada fin-12:30.p.m. quddiem il-Cake Box ħdejn Campus Hub.

"Studenti universitarji huma kontinwament ibbumbardjati b’valuri materjalistiċi u kummerċjali, bil-Campus Hub jilħaq il-qofol l-iktar viżibbli ta’ din il-problema," qal Graffitti. 

Graffitti jgħid li l-faċilitajiet ta' madwar l-Università "saru spazju kapitalista li jġiegħel lill-istudenti jkunu konsumaturi biex jagħmlu użu minnhom. Campus Hub, intrapriża kapitalista fuq art pubblika li għandha biss il-profitti bħala għan tagħha, xeħet dawl fuq dan kollu."

Moviment Graffitti żied jgħid li din l-art li xtrat l-Università ngħatat lill-privat għall-profitt mingħajr ebda konsultazzjoni mal-istudenti. Qal li dak li jirrappreżenta Campus Hub imur kontra dak li għandha tkun il-ħajja universitarja jiġifieri, "żmien għat-tagħlim u tfittix ta’ perspettivi ġodda. Minflok, l-istudenti qed jiġu mbuttati kontinwament biex jieħdu sehem fl-istatus quo attwali li fl-aħħar mill-aħħar għandu l-għan li jisfrutta l-istudenti u l-ħaddiema."

Qal li dan deher ukoll waqt Freshers’ Week fl-Università fejn il-Campus Hub intuża bħala parti minn "stunt distopiku." Għaldaqstant Graffitti qed jappella biex il-ftehim ta' konċessjoni għall-Campus Hub jiġi ppublikat u l-ispazju jiġi nazzjonalizzat u jkun immexxi mill-Università mal-istudenti. 

"Il-privatizzazzjoni ta' din l-art fissret li din tista' tiidgawda biss bħala konsumatur, meta setgħet kienet spazju soċjali ewlieni," temm jgħid Moviment Graffitti. 

More in Socjali