Instabu 29 persuna oħra li kienu qegħdin jgħixu Malta b'mod irregolari

Il-Pulizija u l-awtoritajiet qed jinvestigaw lil min ħaddimhom u min krielhom il-proprjetà

Kmieni dalgħodu komplew l-ispezzjonijiet b'rabta ma' immigrazzjoni irregolari f'pajjiżna, fil-Ħamrun u l-Marsa. Fil-fatt, il-Pulizija assistita minn uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjonijiet, sabu 29 persuna li qed jgħixu Malta b'mod irregolari. 

Dawn il-persuni kienu minn pajjiżi varji fosthom mis-Senegal, il-Għana, il-Gambja, l-Afganistan, is-Senegal, il-Mali, l-Eġittu u s-Sirja. 

Intant dawn il-persuni issa ittieħdu f'Ċentru ta' Detenzjoni fejn inbeda l-proċess biex ma jibqgħux fil-pajjiż. 

Il-Pulizija flimkien mal-awtoritajiet qed jinvestigaw ukoll lil min ħaddimhom u min krielhom il-proprjetà. 

Dawn l-ispezzjonijiet se jkompli fil-jiem u ġimgħat li ġejjin. 

More in Socjali