Imut iż-żagħżugħ li baqa' jistinka sakemm gradwa bħala Inġinier minkejja l-marda terminali

Iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta' Borg saret ftit tal-jiem ilu fid-dar tiegħu stess

L-Università ta' Malta sellmet il-memorja ta' Miguel Borg, iż-żagħżugħ li minkejja li kien jaf li għandu marda terminali, baqa' jistinka sakemm gradwa bħala Inġinier.

Iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta' Borg saret fid-dar tiegħu stess u għaliha attenda r-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred J. Vella u akkademiċi oħra.

Din iċ-ċerimonja saret ftit tal-jiem ilu. 

Miguel kellu 22 sena u sar jaf bil-marda terminali fi żmien li kien għaddej bil-kors. Minkejja dan baqa' jistinka, ħadem anke fuq it-teżi u ggradwa.

Sellmu l-memorja ta' dan iż-żagħżugħ, anke ħafna minn sħabu, inkluż dawk li sa ftit tal-ġimgħat ilu kienu miegħu fil-kors.

Anke s-Soċjetà Filarmonika San Piju X ta' Ħal Lija sellmet iż-żagħżugħ ta' dan iż-żagħżugħ li kien jirsiti wkoll fi ħdanha, anke bħala bandist.

More in Socjali