James Bond, Spider-Man u Fast and the Furious jiddominaw ix-xena ċinematika Maltija, fl-2021

Fl-2021, kważi 12,000 persuna rat produzzjoni Maltija

Fl-2021 madwar is-sitt stabbilimenti taċ-ċinema f'Malta u Għawdex, ġew imxandra 358 titli differenti ta' films iżda 'No Time to Die' ta' James Bond, 'Spider-Man: No way Home' u 'Fast & the Furious 9' kienu fost l-aktar popolari mal-Maltin għas-sena 2021. 

B'kollox, il-film ta' James Bond ammonta għal 11.9% tal-udjenzi, 9.3% tal-udjenzi marru jaraw l-film ta' Spider-Man filwaqt li Fast & the Furious 9 ammonta għal 5.2% tal-udjenzi totali. 

Fl-2021: Kważi 12,000 persuna raw film qasir bi produzzjoni Maltija

B'kollox, minn udjenza ta' 269,763, 11,938 kienu għal films qosra bi produzzjoni Maltija li b'kollox ammontaw għal €87,176 fi dħul għall-box office. Dan ifisser li minn total ta' 439 wirja ta' dawn l-istess films, il-produzzjoni Maltija ammontat għal 4.42% tal-udjenzi totali. 

Min-naħa l-oħra produzzjonijiet barranin, ammontaw għal udjenza ta' 257,825, jiġifieri 95.6% tal-udjenzi totali u għaldaqstant għamlu total ta' €1,881,087 fi dħul għall-box office. 

87% tan-nies kienu interessati f'films Amerikani 

L-aktar films poplari, tul it-tnax il-xahar kienu produzzjonijiet Amerikani. Fil-fatt minn 133 produzzjoni, kien hemm udjenza ta' 236,175, b'total ta' €1,749,185 fi dħul għall-box office.

Dan b'kuntrast għall-produzzjonijiet Ewropej (mhux inkluż dawk Maltin), li minn 83 film kien hemm udjenza ta' 4,657 u dħul ta' €21,362. B'kollox (inkluż produzzjonijiet Maltin), l-aktar produzzjonijiet Ewropej popolari f'pajjiżna kienu ta' Malta, segwiti minn produzzjonijiet tar-Renju Unit u produzzjonijiet Taljani. 

X'kien l-aktar ġeneru ta' film popolari mal-produtturi? 

  • Finzjoni mhux animata (fiction) b' total ta' 378 produzzjoni.
  • Animazzjoni (animation) b'total ta' 82 produzzjoni. 
  • Dokumentarji b'total ta' 62 produzzjoni. 

More in Socjali