Iċ-ċentru u n-nofsinhar ta' Malta jeħlu fit-traffiku wara l-inċident fi Triq Aldo Moro

L-inċident ħalla ħaddiem fuq mutur bla ħajja u ħalla partijiet minn Malta mwaħħlin fi traffiku kbir

Traffiku qawwi fil-Furjana (Il-Bombi)
Traffiku qawwi fil-Furjana (Il-Bombi)

In-naħa ċentrali u n-naħa ta' isfel ta' Malta jinsabu totalment mwaħħlin fi traffiku kbir wara inċident li seħħ aktar kmieni illum fi Triq Aldo Moro, illi fih inqaleb trakk filwaqt li miet ħaddiem li kien qed isuq mutur. It-traffiku huwa mweħħel mill-Furjana sa Ħal Qormi, Ħal Luqa u anke lejn il-Gudja u Birkirkara. Persuni li tkellmu ma' dan is-sit irrapportaw kif qed idumu sigħat biex jaslu fid-destinazzjoni tagħhom u dan minkejja li infetħu xi karreġġjati fl-istess Triq Aldo Moro, biex ikunu jistgħu jgħaddu numru ta' karozzi. 

Il-fatt li l-vettura kienet kbira u mimlija ħadid, filwaqt li kien hemm mewt ifisser illi l-proċess biex titnaddaf it-triq qed jieħu ammont ta' ħin, filwaqt li qabel tiġi miftuħa kompletament irid isir xogħol mill-maġistrat, hekk kif tinfetaħ inkjesta. 

Il-vettura kbira - trakk - inqaleb u ġie fuq mutur - u xi arbli tad-dawl jidhru wkoll maqlugħa minn posthom.

(Ritratt ta' Malta Road Traffic Updates)
(Ritratt ta' Malta Road Traffic Updates)
Traffiku kbir fil-Marsa/Ħamrun Bypass
Traffiku kbir fil-Marsa/Ħamrun Bypass

 

More in Socjali