Jekk tixtieq tgħin lill-Malta Community Chest Fund nhar is-Sibt li ġej aqbad tal-linja!

Il-flus kollha mill-biljetti, tal-linja card u contactless li se jintefqu fuq tal-linja matul nhar is-Sibt li ġej se jmorru kollha għall-Malta Community Chest Fund Foundation

Jekk tixtieq tgħin lill-Malta Community Chest Fund Foundation, nhar is-Sibt tista' tagħmel dan billi titla' fuq tal-linja! Iva, b'inizzjattiva tal-Malta Public Transport (MPT) nhar is-Sibt li ġej 18 ta' Diċembru l-flus kollha li jidħlu minn biljetti li jinxtraw fuq tal-linja, minn tal-linja card kif ukoll mill-pagament contactless, se jmorru kollha għall-Malta Community Chest Fund. 

Inizzjattiva sabiħa tassew li għaliha l-MPT qed tħeġġeġ konkorrenza qawwija billi titlob kemm jista' jkun nies jużaw il-karozza tal-linja nhar is-Sibt li ġej! 

"L-impjegati tagħna għandhom din il-fondazzjoni għal qalbhom, u nemmnu fil-missjoni tagħha biex ittejjeb is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tan-nies fil-bżonn. Permezz ta’ din l-inizjattiva, m’aħniex biss nesprimu s-solidarjetà tagħna mal-Malta Community Chest Fund Foundation, imma wkoll qegħdin nagħtu rigal ta’ tama lil dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli," qalet l-MPT. 

More in Socjali