Ferraħ, daħħak għal snin twal u anke mess il-qlub ta' eluf ... imut Joe Debono

Ipproduċa Aħna aħna jew m'Aħniex, kien lagħab il-parti ta' James Bondin u fl-aħħar snin rajnieh jitkellem fuq il-marda li kienet ħakmitu...

Magħruf l-aktar għas-satira tiegħu fuq il-programm Xarabank bil-famuż rwol ta' James Bondin, li sejjem jibda s-sentenzi "Sur Azzopardi..." huwa u jindirizza lill-Peppi Azzopardi. Iżda danl-aħħar minflok daħħak, mess il-qlub tal-poplu Malti hekk kif inħakem mill-marda kiefra tal-ALS. Sfortunatamnt Joe Debono miet ftit tal-ħin ilu. 

Xena li forsi bosta li għandhom qrib l-40 sena u aktar jiftakru hija meta Debono fuq il-programm Xarabank li kien sar f'Bormla, fil-parti ta' James Bondin, beda jipprova jgħaddi is-soltu ċajt tiegħu iżda l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Dom Mintoff ma bediex iħallieh, anzi beda jikkritikah għax ħaseb li huwa xi ħadd mill-pubbliku li qed jipprova jgħaddi lin-nies biż-żmien. Insomma kienet ċara li Mintoff ma tantx kien jarah Xarabank! 

Debono, apparti l-ħafna dehriet li kellu fuq it-TV kien ipproduċa u ppreżenta diversi programmi bħal fosthom Aħn’Aħna jew M’Aħniex, Asterix, O Żmien Ħelu u Bir-Rispett Kollu.

"Grazzi ta' kemm għallimtni Joe. Ċaw ħabib," kien l-ewwel messaġġ ta' Bjorn Formosa - il-fundatur ta' ALS Malta - li fakkar illi L-ALS hija marda kiefra li ma tiffranka lil ħadd. "Xtaqna ħafna li Joe ikun resident fid-DAR il-ġdida imma sfortunatament ma laħaqx," qal Formosa dwar Debono. 

More in Socjali