Il-każi l-ġodda tal-Covid-19 jinżlu għal 16, 44 ifiqu u l-każi attivi jinżlu għal 443

L-ebda mewt ta' persuni bil-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa...

Il-każi l-ġodda tal-Covid-19 baqgħu baxxi ferm hekk kif fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 16-il każ ġdid filwaqt li fiequ 44 persuna. Iktar minn hekk ma rriżultat ebda mewt ta' pazjenti bil-Covid-19. 

Intant l-għoti tal-vaċċin baqa' jiżdied biex sa issa ingħataw b'kollox 816,136 doża tal-vaċċin, li minnhom 6,552 huma dożi booster. 

Intant in-numru ta' pazjenti fl-Isptar huwa ta' 17, li erba' minnhom jinsabu l-ITU. 

More in Socjali