Ġunju Ġunjett ineħħi l-qmis u d-dublett: temperaturi rekord matul ix-xahar ta' Ġunju

Temperatura massima ta' 41.5°C tilħaq rekord ġdid għax-xahar ta' Ġunju

Il-bidu tal-istaġun tas-sajf kien wieħed tassew sħun hekk kif temperaturi rekord laqtu l-gżejjer Maltin bejn l-20 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju. L-Uffiċċju Meteoroloġiku rrapporta kif arja sħuna ġejja mid-Deżert tas-Sahara nqabdet minn sistema ta' pressjoni għolja fil-Mediterran u wasslet biex it-temperatura f'Malta laħqet massimu ta' 41.5 grad Celsius fl-aħħar jum tax-xahar. Din hija l-ogħla temperatura għal-Ġunju mniżżla fir-rekords tal-Uffiċju Meteoroloġiku, li jmorru lura għall-1923.

L-ewwel ħsieb li jiġi persuna f'dan it-temp hu li j/taqbeż qabża ġol-ilma baħar frisk iżda l-Uffiċju Meteoroloġiku rraporta li t-temperatura medja ta' wiċċ il-baħar ukoll kienet ogħla mis-soltu. 

Min-naħa l-oħra, t-temperatura medja tal-arja kienet 2.4 grad Celsius ogħla min-norma. Dan kollu għamel Ġunju ta' din is-sena wieħed sħun iżda mhux agħar minn Ġunju tal-2019 li laħaq temperatura medja ta' 31.4 grad Celsius.

Interessanti l-fatt li Ġunju ta' din is-sena kien anqas xemxi milli mistenni, b'total ta' 294 siegħa xemxin. Tul ix-xahar ta' Ġunju tkejlu biss 0.8mm ta' xita.

 

More in Socjali