Filmat | 'Vera ħadt pjaċir ... biddilt il-libsa u nħossni komda'; Malta mill-ġdid il-favorita li tirbaħ

Destiny għadha kemm temmet it-tieni prova tagħha u saħqet li llum tħossha li marret ħafna aħjar anke għax issa drat l-istage

Destiny temmet it-tieni prova tagħha hekk kif nhar it-Tlieta se tkun qed tieħu sehem fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Je Me Casse.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha fuq Instagram Destiny, bl-enerġija kollha tagħha, tkellmet dwar l-esperjenza hekk kif telgħet fuq il-palk għat-tieni darba.

Detsiny kienet liebsa wkoll libsa differenti minn dik li libset fl-ewwel prova.

"Illum ħassejtni mort ħafna aħjar għax drajt l-istage u biddilt il-libsa u vera nħossni komda wkoll fiha ... wisq ħadt pjaċir. Vera kuntenta," saħqet Destiny.

Irringrazzjat lil dawk kollha li qed jagħtuha l-appoġġ.

"Inħobbkom ħafna," saħqet Destiny.

Intant wara t-tieni prova, Malta reġgħet żdiedet fl-odds hekk kif il-bookmakers reġgħu poġġewha fuq nett tal-lista bħala l-favorita li tirbaħ. Dan huwa sinjal li din it-tieni prova niżlet tajjeb ħafna.

Warajha Franza, li mistennija jkollha l-ewwel prova tagħha llejla. Wara l-ewwel prova ta' Malta, Franza kienet il-favorita li tirbaħ.

More in Socjali