17,102 jieħdu t-tieni doża, 102 każ ġdid ta' Covid-19 u 124 ifiequ

Żewġ anzjani oħra jisfaw vittma tal-virus

It-total ta' nies li ħadu t-tieni doża tela' għal dak ta' 17,102 dan ifisser li b'kollox, sa issa, ġew amministrati 53,647 doża. 

Apparti minn hekk, tħabbru 102 każi ġodda filwaqt li fiequ 124 persuna. Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi issa jinsab ta' 2,316.  Ilbieraħ saru 2,116-il test. 

Intant, żewġ anzjani oħra sfaw vittma tal-Covid-19, biex issa t-total tal-vittma tela' għal 297. L-anzjani li mietu fl-aħħar 24 siegħa kellhom 83 u 72 sena. L-anzjan ta' 72 sena miet fl-isptar Mater Dei filwaqt li l-anzjana ta' 83 mietet fl-isptar San Viċenz de Paul.

 

 

More in Socjali