'Inħossuna mitlufa' - Koppja li kienu qed irabbu tifla li ttieħdet illegalment mill-omm naturali tagħha

Ilbieraħ 16-il NGO li jifformaw in-Network tal-Assoċjazzjonijiet Maltin tat-Tfal organizzat velja fil-Birgu

Għexieren ta’ xemgħat ilbieraħ inxtegħlu fuq it-taraġ biswit il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu hekk kif ġiet organizzata velja għal tifla ta’ seba’ snin li l-ġenituri li ffosterjawha qed jisħqu li “nħatfet” mill-omm naturali tagħha, aktar minn xahar ilu.

“Inħossuna mitlufa,” saħqu l-ġenituri li kienu qed irabbu lit-tifla.

It-tifla ttieħdet mill-omm naturali tagħha fid-9 ta’ Ottubru.

Jidher li l-omm u l-bint ħallew Malta illegalment.

Il-Europol irnexxielhom jitraċċaw it-tifla f’pajjiż Ewropej iżda għadu mhux magħruf fejn qiegħda eżatt.

Taħt il-kundizzjonijiet tal-care order, l-omm naturali kellha d-dritt li żżur lit-tifla kull tmiem il-ġimgħa.

Il-vġili kienet organizzata minn 16-il NGO li jifformaw in-Network tal-Assoċjazzjonijiet Maltin tat-Tfal.

More in Socjali