Aktar minn 100 persuna injoraw il-liġi u nġemgħu fi gruppi f'Ħadd il-Għid; Snack bar jinqabad bin-nies

Dawn il-persuni ngaħataw multa ta' €100 kull wieħed

Minkejja li bosta kienu dawk li għamlu sagrifiċċju u lbieraħ iċċaħħdu mill-familja tagħhom u t-temp sabiħ biex qagħdu d-dar, 104 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed għax inġemgħu fi gruppi ta’ aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi.

Il-Pulizija komplew bir-rondi tagħhom f'diversi postijiet pubbliċi fejn hu mifhum li l-aktar li nġemgħu persuni kien f'Tas-Sliema, il-Qawra, San Pawl il-Baħar u postijiet oħra viċin il-baħar.

Intant, f’Jum il-Għid ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fil-230 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Snack bar wieħed fil-Ħamrun inqabad miftuħ iservi klijenti bi ksur tar-regolamenti u ġie mmultat €3000.

Abbużi simili jistgħu jiġu rapportati billi ċċempel 21692447.

More in Socjali