Anzjan Malti ta' 88 sena għadu maqbud fuq l-MV Westerdam minħabba l-coronavirus

Dan huwa l-istess bastiment li fuqu kien hemm maqbuda koppja Maltija li iżda tħalliet tinżel

Anzjan ta’ 88 sena għadu maqbud abbord cruise liner fil-Cambodia u dan hekk kif fuqu hemm każ ta’ coronavirus.

Skont The Times of Malta, l-anzjan li ismu mhux jixxandar, huwa wieħed mill-233 persuna abbord l-MV Westerdam, l-istess bastiment li fuqu kien hemm koppja Maltija u li ġiet evakwata mal-bqija tal-passiġġieri fl-aħħar jiem.

Madanakollu, il-passiġġieri l-oħra nżammu abbord u mhux jitħallew iħallu l-vapur.

Skont qarib tiegħu, li tkellem mal-gazzetta, l-anzjan jinsab tajjeb anke jekk xi ftit għajjien.

Jidher li l-anzjan ma kienx jaf li fuq il-bastiment kien hemm żewġ persuni oħra Maltin u baqa’ sorpriż li dawn tħallew jinżel u hu lest.

Intant aqra hawn l-aħħar numri u aġġornamenti dwar il-coronavirus li din il-ġimgħa ħalla vittma wkoll fi Franza.

More in Socjali