L-ispettaklu fil-Belt Valletta jiġbed l-attenzjoni ta' diversi siti barranin

Ritratti jduru fuq siti barranin, fosthom it-TIME, jagħmlu reklam mill-isbaħ għall-Belt Kapitali Maltija....

L-ispettaklu ta' nhar is-Sibt li għadda....
L-ispettaklu ta' nhar is-Sibt li għadda....

Il-Belt Valletta ma kinitx biss fiċ-ċentru tal-attenzjoni għall-eluf kbar ta' Maltin li nġabru jsegwu l-ispettaklu fit-toroq u l-pjazez nhar is-Sibt li għadda, imma kien ukoll irrapurtat permezz ta' diversi ritratti u filmati madwar id-dinja. Minn Reuters sa Time Magazine li ftit tal-ħin ilu għadhom kif xerrdu ritratt tal-ispettaklu quddiem il-Funtana tat-Tritoni miż-żeffiena, taħt id-direzzjoni tal-kumpanija Spanjola La Fura Dels Baus. 

Intant komplu segwu l-gazzetta ILLUM u s-sit illum.com.mt illi permezz ta' intervisti, fetaures u artikli minn Clifford Galea se jkomplu jwasslu l-avvenimenti relatati mal-Valletta 2018 minn issa 'l quddiem. 

Is-simbolu 'Malta' fuq il-Berġa ta' Kastilja...
Is-simbolu 'Malta' fuq il-Berġa ta' Kastilja...
L-Ewropa fuq il-wirt Malti...
L-Ewropa fuq il-wirt Malti...
Il-Kon Katidral ta' San Ġwann, mixgħul b'viżwali mill-isbaħ
Il-Kon Katidral ta' San Ġwann, mixgħul b'viżwali mill-isbaħ
Pavaljuni u dekorazzjonijiet iżejnu t-toroq tal-Belt kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018
Pavaljuni u dekorazzjonijiet iżejnu t-toroq tal-Belt kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018
Kastilja mixgħula bil-viżwal tal-bandiera tagħna l-Maltin | Ritratt Jason Borg (DOI)
Kastilja mixgħula bil-viżwal tal-bandiera tagħna l-Maltin | Ritratt Jason Borg (DOI)

More in Socjali