Fil-ħarġa tal-ġurnal stampat ILLUM t'għada l-Ħadd 28 ta' Diċembru, se nagħtu ħarsa lejn l-istejjer li qajjmu nteress nazzjonali u kif ukoll se naraw min kienu dawk il-personalitajiet li ħadu qabża l-isfel jew telgħu il-fuq.
Se nippublikaw ukoll siltiet minn uħud mill-intervisti li saru matul din is-sena u ma jonqsux l-opinjonijiet ta' Toni Abela, Joe Ellis u Immanuel Mifsud. Din il-ġimgħa nsibu ukoll artikli mis-segretarju parlamentari Ian Borg u kif ukoll artiklu ieħor miktub mill-Isqof Charles Scicluna.
John Busuttil jikteb dwar Għawdex u John Pisani jagħti ħarsa lejn il-qtil ta' ragel libjan, liema każ għadu mhux solvut.
Din hi l-aħħar ħarġa tal-gazzetta għal din is-sena 2014.