Tal-inqas tliettġurati li serva fil-proċess ta’ Yorgen Fenech mhux se jaffaċċjaw akkużi ta’ sperġur wara li l-Pulizija għalqu l-investigazzjoni fil-konfront tiegħu.
Il-ġurati kien wħud minn diversi persuni interrogati mill-Pulizija fis-17 ta’ Settembru dwar kummenti pubbliċi li kienu għamlu fuq il-midja soċjali qabel il-proċess, u li ma kinux ġew żvelati waqt il-proċess tal-għażla tal-ġurija.
L-avukata Veronique Dalli, li rrappreżentat wieħed mill-ġurati, qalet lill-gazzetta Maltatoday li uffiċjali mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji infurmaw lill-klijent tagħha l-Ħamis filgħodu li ma kienux se jitressqu akkużi kontrih.
“L-investigazzjoni dwar sperġur fil-konfront tal-klijent tiegħi ngħalqet u mhu se jitressaq l-ebda akkuża,” qalet Dalli.
Il-ġurati kienu ġew arrestati u interrogati wara l-konklużjoni tal-proċess fuq suspett li setgħu wettqu sperġur meta ħadu l-ġurament waqt l-empanelling.
Matul l-għażla tal-ġurija, il-ġurati kienu mistoqsija speċifikament jekk qatt kinux esprimew ruħhom pubblikament dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Dawk interrogati kienu nħelsu fuq police bail waqt li l-investigaturi komplew jeżaminaw l-attività tagħhom fuq il-midja soċjali.
Il-police bail skada l-Ħamis filgħodu, iżda għadu mhux ċar jekk xi wħud mill-ġurati l-oħra li ġew investigati humiex se jitressqu l-Qorti.
Yorgen Fenech kien illiberat aktar kmieni dan ix-xahar fuq żewġ akkużi, fosthom konfoffa u assoċjazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, b’verdett ta’ 8-1 fiż-żewġ każijiet.
Il-proċess dam 55 jum.
Caruana Galizia nqatlet f’Ottubru tal-2017. Minn dakinhar, ħames irġiel ġew ikkundannati b’rabta mal-eżekuzzjoni tal-qtil u l-provvista tal-bomba użata fl-assassinju, filwaqt li sal-lum ma hemmx kundanna finali kontra min ordna l-qtil.
Fenech kien ġie arrestat f’Novembru tal-2019 u akkużat li ordna u ffinanzja l-qtil. Huwa wieġeb mhux ħati u ġie lliberat fi tmiem il-proċess.
L-Avukat Ġenerali appella mill-verdett u qed jitlob li jsir proċess ġdid.