Raġel ta’ 36 sena ġie arrestat b’rabta ma’ serqa fuq anzjana ta’ 81 sena li seħħet f’Birkirkara l-Ħadd li għadda.
Skont il-Pulizija, il-mara kienet miexja fi Triq Santa Liena għall-ħabta tas-7pm meta ġiet attakkata minn raġel liebes flokk u shorts suwed, li ħadilha l-basket u ħarab minn fuq il-post. PR 563 26 (Maltese)
L-anzjana ma sofrietx ġrieħi.
Wara aktar investigazzjonijiet u analiżi ta’ numru ta’ filmati tas-sigurtà, il-Pulizija identifikat lill-allegat ħalliel, raġel ta’ 36 sena, li ġie arrestat f’Ħal Qormi. PR 563 26 (Maltese)
Ir-raġel qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar investigazzjonijiet u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.