Żagħżugħ ta’ 28 sena jweġġa’ gravi wara li waqa’ minn mutur fis-Swieqi

Ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur fi Triq Sant’Andrija għall-ħabta tal-11:30am

Ritratt: Pulizija ta' Malta
Ritratt: Pulizija ta' Malta

Żagħżugħ ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi t-Tnejn filgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30am fi Triq Sant’Andrija.

Minn investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija rriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur Suzuki meta, għal raġuni li għadha mhix magħrufa, tilef il-kontroll u waqa’.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lir-raġel fuq il-post qabel ittieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija