Raġel jitqiegħed taħt probation wara li ammetta akkużi ta' vjolenza domestika

Ir-raġel ta' 32 sena ammetta li hedded u ffastidja lill-eks sieħba tiegħu, bil-qorti timponilu probation u ordni ta' protezzjoni għal tliet snin.

Chef ta' 32 sena mill-Eġittu, residenti l-Mosta, tpoġġa taħt ordni ta' probation għal tliet snin wara li ammetta sensiela ta' akkużi marbuta ma' vjolenza domestika fil-konfront tal-eks sieħba tiegħu.

L-akkużat ammetta l-akkużi meta tressaq il-qorti nhar it-Tnejn.

L-Ispettur Carlos Cordina spjega li l-każ beda wara rapport li sar f'wieħed miċ-ċentri tal-vjolenza domestika. Il-vittma rrappurtat li kien inqala' argument bejnha u l-akkużat, filwaqt li sar ukoll rapport fl-Għassa tal-Qawra.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-koppja kienet ilha f'relazzjoni għal numru ta' snin u li matulha kien hemm diversi argumenti u tensjonijiet.

Il-vittma allegat ukoll li f'xi okkażjonijiet l-akkużat kien juża sikkina waqt argumenti biex ibeżżagħha. Madankollu, l-Ispettur Cordina spjega li waqt l-investigazzjonijiet ma nstabet l-ebda sikkina fil-pussess tal-akkużat.

L-ispettur xehed li ċempel lill-akkużat, li mar minn jeddu għand il-pulizija u kkopera mal-investigaturi. Sussegwentement sar 

L-akkużat ammetta l-akkużi li kkaġuna biża' ta' vjolenza lill-vittma, ffastidjaha, heddidha permezz ta' komunikazzjoni elettronika, għamel inġurji u heddid, kif ukoll li żamm strument maħsub biex jikkawża ġrieħi mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Wara li tatu ħin biex jerġa' jikkunsidra l-ammissjoni tiegħu, il-qorti kkonfermat il-ħtija tiegħu u sabitu ħati tal-akkużi kollha.

Fuq talba tal-prosekuzzjoni, u mingħajr oġġezzjoni mid-difiża, il-qorti ħarġet ordni ta' protezzjoni favur il-vittma.

Il-qorti imponiet ukoll ordni ta' probation għal tliet snin u ordni ta' protezzjoni għal tliet snin.

Ġie mwissi li jekk jikser il-liġi matul il-perjodu tal-probation, jista' jeħel multa ta' €7,000 u jiffaċċja akkużi kriminali separati.

More in Qrati u Pulizija