L-uffiċjali tal-Pulizija Johann Vella u Omar Sharif ġew identifikati bħala ż-żewġ membri tas-Special Intervention Unit (SIU) li ntlaqtu b'tiri waqt l-operazzjoni f'San Ġiljan nhar il-Ġimgħa
Vella jinsab f'kundizzjoni kritika wara li ntlaqat f'wiċċu u f'għonqu. Huwa ttieħed b'urġenza l-Isptar Mater Dei, fejn għadda minn intervent kirurġiku.
Sharif, li wkoll intlaqat waqt l-operazzjoni, sofra ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ waqt intervent tal-pulizija wara allegat attakk ta' ħruq fuq struttura ta' armar fejn kien hemm ħaddiema tal-kostruzzjoni. Matul l-operazzjoni, il-pulizija ġiet milqugħa bi sparaturi.
Wara konfront li dam diversi sigħat, is-suspettat armat ġie arrestat mill-pulizija.
L-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin taħt il-ħatra tal-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud.