Il-Pulizija qed tfittex tifel ta' 8 snin, Khyl Agius Bonavia, li ġie rrappurtat nieqes.
Skont il-Pulizija, it-tifel deher l-aħħar fil-Pjazza tal-Mosta fil-kumpanija ta' Lorraine Bonavia, li hija wkoll persuna mfittxija mill-awtoritajiet.
Fis-16 ta' Ġunju li għadda, il-Pulizija kienet ħarġet appell għall-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab Lorraine Bonavia b'rabta ma' każ li għadu pendenti quddiem il-Qorti.
Il-Pulizija qed tappella lil kull min għandu xi informazzjoni dwar fejn jista' jkun it-tifel jew Lorraine Bonavia biex jikkuntattja lill-Korp tal-Pulizija permezz tal-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook jew billi jċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq 21224001 jew 119, anke b'mod anonimu.
Kull min jippreferi jista' wkoll jgħaddi kwalunkwe informazzjoni fl-eqreb għassa tal-Pulizija.