17-il Sirjan arrestati f'Marsaskala wara li nstabu jgħixu b'mod irregolari f'Malta

Il-Pulizija qalet li l-persuni qed jinżammu f'ċentru ta' detenzjoni sakemm jitlestew il-proċeduri għar-ripatrijazzjoni tagħhom

Il-Pulizija arrestat 17-il ċittadin Sirjan waqt spezzjonijiet li saru f'Marsaskala wara li nstabu jgħixu f'Malta b'mod irregolari.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li s-17-il persuna qed jinżammu f'ċentru ta' detenzjoni sakemm jitlestew il-proċeduri għar-ripatrijazzjoni tagħhom.

L-ispezzjonijiet twettqu bl-assistenza tal-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni.

Il-Pulizija żiedet li se tkompli twettaq spezzjonijiet immirati madwar Malta u Għawdex biex tindirizza l-migrazzjoni irregolari, l-abbuż tal-liġijiet tax-xogħol u l-isfruttament tal-persuni involuti.

More in Qrati u Pulizija