Tarbija ta’ ħames xhur tinsab f’qagħda kritika fl-Isptar Mater Dei wara li sofriet cardiac arrest waqt li kienet f’childcare centre fl-Imsida.
Sorsi infurmaw li t-tifel marad waqt li kien fiċ-ċentru u għal diversi minuti ma kienx qed jirreaġixxi.
Fuq il-post issejħu immedjatament is-servizzi tal-emerġenza, li kellhom jagħmlu intervent urġenti sabiex jirnexxielhom isalvaw lit-tarbija.
Wara li ngħatat l-ewwel assistenza medika, it-tarbija ttieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
S’issa, hija għadha qed tirċievi kura intensiva u l-kundizzjoni tagħha ġiet deskritta bħala waħda kritika.
Iċ-ċirkostanzi eżatti li wasslu għall-inċident għadhom mhux magħrufa, filwaqt li l-awtoritajiet qed jinvestigaw il-każ biex jistabbilixxu x’ġara eżattament.
Aktar dettalji mistennija joħorġu hekk kif ikomplu l-investigazzjonijiet.