Il-Pulizija titlob l-għajnuna mingħand il-pubbliku sabiex jinstabu żewġ persuni mfittxija

Kull min għandu xi informazzjoni jista’ jikkuntattja lill-pulizija permezz ta’ Facebook jew billi jċempel lill-kwartieri ġenerali tal-pulizija, anke b’mod anonimu, fuq 21224001 / 119

Ritratt: Il-Pulizija ta' Malta.
Ritratt: Il-Pulizija ta' Malta.

Il-Pulizija qiegħda titlob l-għajnuna mingħand il-pubbliku sabiex jinstabu Kurt Duers u Jean Claude Cassar, li qegħdin jġu mfittxija fuq ordni tal-maġistrat.

Il-Pulizija qalet li l-irġiel huma mfittxija sabiex jidhru quddiem il-qorti b'konnessjoni ma' każijiet separati fil-qorti.

Kull min għandu xi informazzjoni jista' jikkuntattja lill-Pulizija permezz ta' Facebook jew billi jċempel lill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, anke b'mod anonimu, fuq 21224001 jew 119.

Wieħed jista' wkoll iżur l-eqreb għassa tal-pulizija u jikkwota n-numru 33/2026.

More in Qrati u Pulizija