Jibda jinstema' l-każ tal-allegat attentat ta' qtil ta' tfal fil-White Rocks

Skont il-prosekuzzjoni l-missier jidher li żied xi ħaġa mal-ikel tat-tfal waqt li kienu fi stabbiliment tal-McDonald's qabel ħadhom il-White Rocks

Ritratt: MaltaToday
Ritratt: MaltaToday

Aktar kmieni illum beda jinstema’ l-każ kontra missier li huwa akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ ibnu u bintu. Isem l-akkużat ma jistax jissemma b’ordni tal-qorti.

Ir-raġel huwa wkoll akkużat li kkawża ġrieħi gravi, mingħajr l-intenzjoni li joqtol, liema ġrieħi rriżultaw gravi ħafna. Il-prosekuzzjoni qed tallega li r-reat huwa aggravat għax sar fil-konfront ta’ uliedu stess, u fuq persuni minorenni u vulnerabbli. Allegat li r-reat sar ukoll b’arma mhux tas-soltu.

Barra minn hekk l-akkużat qed jiġi akkużat ukoll b’arrest, ż-żamma jew sekwestru tat-tfal kontra r-rieda tagħhom, u mingħajr l-awtorità tal-liġi. Anke hawn il-prosekuzzjoni qed tallega li r-reati huma aggravati għax il-vittmi ġew mhedda li jinqatlu u huma dixxendenti diretti tiegħu.

Skont il-prosekuzzjoni l-missier jidher li żied xi ħaġa mal-ikel tat-tfal waqt li kienu fi stabbiliment tal-McDonald's qabel ħadhom il-White Rocks.

Għall-akkużat qed jidhru l-avukati Gianella Demarco u Charles Mercieca.

Segwi d-dettalji mil-live blog tal-Maltatoday https://www.maltatoday.com.mt/news/court_and_police/140561/live__father_faces_the_court_over_attempted_murder_of_his_children1

More in Qrati u Pulizija