Il-Qorti ssib evidenza prima facie kontra Vitals u Steward Healthcare Malta

Il-Qorti stqarret Vitals u Steward Healthcare Malta għandhom jgħaddu ġuri fuq akkużi ta’ frodi, tixħim u ħasil tal-flus konnessi mal-każ konċernat dwar l-isptarijiet

Il-Qorti tal-Maġistrati ddikjarat li hemm biżżejjed evidenza prima facie biex il-kumpanija ta’ Steward Healthcare Malta biex jgħaddi ġuri fuq akkużi kriminali konnessi mal-każ kontroversjali ta’ tliet sptarijiet pubbliċi. 

F’digriet mogħti mill-Maġistrat Lara Lanfranco, il-Qorti kkonkludiet li l-prosekuzzjoni ppreżentat biżżejjed evidenza fi stadji preliminarja biex il-kumpanija titpoġġa taħt att ta’ akkuża quddiem il-Qorti Kriminali.

Il-kumpanija, fil-kapaċità legali tagħha, hija akkużata bi frodi, tixħim, ħasil tal-flus, misapproprijazzjoni, f’konnessjoni mal-konċessjoni mogħtija fl-2015 dwar l-immaniġġjar tal-Isptar St. Luke’s, l-Isptar Karin Grech, kif ukoll l-Isptar Ġeneral t’Għawdex. Il-konċessjoni kienet oriġinarjament mogħtija lill-Vitals Global Healthcare qabel ma ġiet ittrasferita lill-Steward Healthcare fl-2018. https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/74053/iddifia_tikkontesta_lbai_prima_facie_filka_kontra_armin_ernst

Tul il-proċeduri, id-diviża argumentat li parti mill-każ tal-prosekuzzjoni straħet fuq ir-rapport forensiku ta’ Harbinson, li ddeskrivew bħala eżerċizzju għall-ġbir ta’ informazzjoni milli evidenza ammissibbli, minħabba li l-awturi ma kinux soġġetti għall-kontro-eżami. Però, il-Qorti rrifjutat dan l-argument u nnutat li r-rapport jagħmel parti mill-proċess verbal tal-inkjesta maġisterjali u għalhekk għandu jitqies bħala evidenza fi stadju prima facie. 

Il-prosekuzzjoni ġiet immexxija minn avukata Francesco Refalo, filwaqt li Ernst qed jiġi rrapreżentat minn avukati José Herrera u Matthew Xuereb. 

Il-kawża nstemgħet quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco.

*Aġġornata: Il-verżjoni preċedenti ta' dan l-artiklu kien skorett fejn qal li l-Kap Eżekuttiv tas-Steward kien l-akkużat, u mhux il-kumpanija Steward Healthcare Malta*

More in Qrati u Pulizija