“Moħqrija fuq il-bniedem, mhux fuq qattus”: il-Qorti tkompli fuq Okurama Satoshi

Il-każ ikompli: diviża timponi fuq ġustizzja riformattiva għal Satoshi

Il-Qorti semgħet kif l-arrest ta’ Okurama Satoshi, il-Ġappuniż akkużat li qatel numru ta’ qtates f’Tas-Sliema, kien wieħed inġust.  Hu ġie arrestat minn żewġ uffiċjali tal-pulizija li dak il-ħin ma kinux lebsin l-uniformi . 

F’Diċembru li għadda, il-Qorti tal-Appell rrevokat is-sentenza ta’ sentejn priġunerija fuq bażi ta’ żbal procedurali, u l-każ reġa’ ntbat lura l-Qorti tal-Maġistrati biex jinstema’ mill-bidu. 

Id-difiża sostniet li, f’dan l-istadju, l-akkużi mressqa kontra Satoshi mhumiex korretti u dan għandu jittieħed bis-serjetà meta tiġi kkunsidrata kwalunkwe piena. Avukatessa Adreanna Zammit argumentat li l-fehim ta’ Satoshi kien limitat u li hu ma kienx konxju li kien qed jiġi arrestat minn uffiċċjala tal-pulizija. Intqal ukoll li l-każ għandu jiġi eżaminat fid-dawl tal-prinċipji tal-ġustizzja riformattiva, billi ebda ammont ta’ priġunerija mhuwa se jsolvi s-sitwazzjoni jekk persuna għandha problema psikoloġika.

Skont id-difiża, Satoshi għandu storja ta’ problemi relatati ma’ moħqrija fuq l-annimali u għalhekk għandha tiġi kkunsidrata piena ta’ natura riformattiva u mhux biss punittiva. Ġie enfasizzat li Satoshi seta’ kellu passat abbużiv li għadu mhux indirizzat, u jekk dawn il-problemi ma jiġux trattati b’mod xieraq, hu jkun qed jiġi penalizzat b’mod inġust meta mqabbel ma’ każijiet oħra tal-istess kalibru.

Il-Qorti ġiet infurmata wkoll li hu qatt ma kkommetta reat qabel dan. Id-diviża spjegat li għalkemm il-liġi tagħmel distinzjoni bejn persuna li kkommettiet reat għall-ewwel darba u oħrajn, il-piena massima ta’ priġunerija tibqa’ l-istess. Huwa rari li persuna li tkun kkommettiet reat għall-ewwel darba f’dawn il-każijiet tingħata piena ta’ priġunerija effettiva.

Id-difiża rreferiet ukoll għar-rapport ta’ qabel is-sentenza, li enfasizzat problema psikoloġika, biex turi d-differenza fil-kuntest u l-bżonn ta’ trattament adegwat. Ġie nnutat li s’issa l-ebda qorti ma indirizzat bis-sħiħ il-ħtieġa ta’ għajnuna psikoloġika f’każijiet simili, u li anke wara eżami professjonali ġie kkonfermat li Satoshi jeħtieġ għajnuna mentali. 

Skont id-difiża, ordni ta’ trattament waħedha hija ineffettiva jekk ma tkunx akkumpanjata minn tip ta’ piena li l-qrati jkunu jistgħu jadattaw għaċ-ċirkostanzi.

Min-naħa tagħha, il-prosekuzzjoni qalet li ma kellhiex aktar sottomissjonijiet x’tagħmel u qagħdet fuq dawk li diġà tressqu quddiem din il-Qorti waqt is-seduta tal-14 ta’ Ottubru.

Il-każ ikompli fis-26 ta’ Frar.

Satoshi ġie assistit minn avukati difensuri Adreanna Zammit u Marion Camilleri. 

Spettur Eliot Magri pprosekuta. 

Maġistrat Kevan Azzopardi ippreseda fuq is-seduta.

More in Qrati u Pulizija