Raġel jingħata sentenza sospiża għal pussess ta’ materjal indiċenti tat-tfal

 

Raġel akkużat bil-pussess ta’ materjal indiċenti li juri tfajla taħt l-età ngħata sentenza ta’ erba’ snin sospiżi

Ariful Islam ingħata sentenza sospiża ta’ erba’ snin wara li wieġeb ħati għal pussess ta’ materjal indiċenti li juri minuri u għall-akkwist ta’ dak il-materjal permezz ta’ mezzi teknoloġiċi, f’atti li seħħew f’Marzu li għadda u f’okkażjonijiet oħra qabel.

Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, fejn l-Ispettur Carl Pace spjega li l-akkużat kien identifikat bħala li kellu fil-pussess tiegħu materjal li juri tifla taħt l-età bla ħwejjeġ. L-akkużat ammetta l-akkużi.

Il-Maġistrat irrimarkat li l-akkużat wera rimors għal dak li għamel, u ħadet inkunsiderazzjoni wkoll il-fatt li l-prosekuzzjoni ma kinitx tinsisti għal piena effettiva ta’ ħabs.

B’hekk, il-Qorti kkundannat lil Islam għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Il-Qorti ordnat ukoll programm ta’ trattament għal ħames snin u 100 siegħa servizz fil-komunità bħala alternattiva.

Reġistru tal-offiżi sesswali

Fl-istess sentenza, il-Maġistrat ordnat li isem l-akkużat jiżdied mar-reġistru tal-offensuri sesswali.

More in Qrati u Pulizija