Il-President Myriam Spiteri Debono qalet li d-deċiżjoni ta’ Malta flimkien ma’ pajjiżi oħra li jagħrfu l-Istat Palestinjan tista’ tgħin biex tressaq il-kawża ta’ paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani.
Hija kienet qed titkellem waqt li ppreżentat l-ittri ta’ ħatra lil David Muscat bħala r-rappreżentant ta’ Malta għall-Istat Palestinjan.
Il-President iddeskriviet l-għarfien bħala “pass storiku” u sostniet li dan huwa mument importanti biex tinbena u tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn Malta u l-Istat Palestinjan.
Ħatra uffiċjali
Muscat qed isegwi lil Franklin J. Aquilina, li reċentement inħatar ambaxxatur ta’ Malta għall-Libja. Fil-ħatra uffiċjali tiegħu – li saret qabel il-proklama formali ta’ Malta f’New York – Muscat intitolat bħala r-rappreżentant ta’ Malta u mhux ambaxxatur.
Appell għall-għajnuna umanitarja
Fid-diskors tiegħu waqt iċ-ċerimonja f’San Anton, Muscat tenna l-importanza li l-poplu Palestinjan f'Gaza jkompli jirċievi l-għajnuna umanitarja meħtieġa.