Ordnat lura pajjiżu wara li xtara passaport misruq minn fuq Tiktok u prova jsiefer bih lejn l-Irlanda

L-akkużat kien diġà għamel użu minn dan il-passaport biex ġie Malta mill-Greċja

Albaniż li xtara passaport minn fuq TikTok jingħata sentenza ta' sitt xhur priġunerija meta inqabad juża dan il-passaport biex imur l-Irlanda. Apparti minn hekk ir-raġel ta' 23 sena, kien qiegħed juża passaport maħruġ għal persuna Olandiża u għaldaqstant kien misruq. 

L-Ispettur fuq dan il-każ qal lill-Qorti li l-akkużat ġie arrestat ilbieraħ filgħodu fl-ajruport meta uffiċjali tal-immigrazzjoni rawh jipprova juża dan il-passaport falz biex imur lejn Dublin. 

Huwa sostna mal-Pulizija li kien diġà għamel użu minnu biex ġie Malta. Fil-fatt spjega li l-vjaġġ lejn Malta beda meta mexa mill-Albanija għall-Ġreċja u wara ġimgħa fil-Greċja xtara passaport Olandiż minn Tiktok u kien hemm li irnexxielu jiġi Malta. 

L-akkużat ammetta l-ħtija u kien hawn li l-Qorti ordnat li l-Albaniż jiġi deportat wara li jiskonta s-sitt xhur priġunerija. 

More in Qrati u Pulizija