Akkużat li stupra lill-eks sieħba tiegħu quddiem raġel ieħor bħala 'parti minn ritwal'

Il-Maġistrat Farrugia nnotat in-natura gravi tal-akkużi u allura ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest filwaqt li ħarġet Odni ta' Protezzjoni favur il-mara

Raġel inżamm taħt arrest wara li allegatament sforza lill-eks sieħba tiegħu biex ikollha x'taqsam miegħu quddiem raġel ieħor f'dak li l-Pulizija qed jiddekskrivu illi kien "tip ta' ritwal."

Ir-raġel ta' 26 sena u li huwa Niġerjan kien imressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia mill-Ispettur John Spiteri iktar kmeni llum u kien akkużat bi sturpru, li kkawża ġrieħi fuq l-vittma u li żammha kontra l-volontà tagħha. 

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi. 

L-Ispettur qal lill-Qorti illi l-Pulizija kienet irċeviet telefonata mill-vittma nhar il-25 ta' Ottubru u li fiha qalet illi fil-jum ta' qabel, l-akkużat kien sfurzaha jkollha x'taqsam miegħu, fil-preżenza ta' wieħed mit-tfal tal-ħbieb tal-akkużat. Il-mara kienet qed tibża li se tintuża vjolenza kontriha. 

"Il-vittma qalet li waqt dan l-episodju stramb - li qatt ma kien seħħ qabel - l-akkużat talabha tinża' u sfurzaha jkollha x'taqsam miegħu, bħala parti minn ritwal," qal l-Ispettur. 

Waqt li kien taħt arrest, l-akkużat kien irreferut lejn Monte Carmeli,  bil-Pulizija imbagħad jiddikjaraw li hu kien f'qagħda tajba ta' saħħa biex imur il-Qorti u jsiru l-akkużi kontrih. 

Wara li semgħet l-argumenti tal-Prosekuzzjoni u d-Difiża kontra u favur il-ħelsien mill-arrest, rispettivament, il-Maġistrat Farruga nnotat in-natura gravi tal-akkużi u allura ċaħdet din it-talba. Il-Qorti ħarġet Odni ta' Protezzjoni favur il-mara. 

More in Qrati u Pulizija