Xufier ta' 40 sena kien jieħu lill-vittma ta' tmien snin f'għalqa fejn jabbużaha u anke jistupraha

Jeħel 11-il sena ħabs, ħlas ta' spejjeż u ismu jitpoġġa fuq ir-resġistru tal-pedofeli

Xufier ta' vettura tal-iskola ingħata sentenza ta' 11-il sena priġunerija wara illi b'mod ripetut abbuża sesswalment u stupra tifla ta' tmien fl-2006. Ir-raġel ta' 40 sena minn Ħal Qormi oriġinarjament instab ħati fl-2020 imma kien appella mid-deċiżjoni għax argumenta li d-difiża ma ngħatatx l-opportunità li teżamina lill-vittma, li kienet għadha trawmatizzata mill-esperjenza. 

Il-Qorti tal-Appell - parzjalment laqgħet l-appell u bagħatet il-każ lura l-Qorti tal-Maġistrati sabiex it-tifla, li issa kellha fuq l-20 sena tkun tista' tiġi eżamintata. 

L-akkużat kien isuq lit-tifla lejn id-dar mill-iskola fil-Gżira imma l-ewwel kien iwaqqaf lit-tfal l-oħrajn u wara kien jieħu lit-tifla f'għalqa fejn kien jabbużaha sesswalment, u f'żewġ każi saħansitra stupraha. 

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tat sentenza ra' 11-il sena priġunerija u €500 fi spejjeż. Isem ix-xufier tpoġġa wkoll fuq ir-reġistru tal-pedofeli. 

More in Qrati u Pulizija