Żewġ irġiel jinżammu taħt arrest fuq akkużi ta' kullana ta' serq

Dawn it-tnejn, kienu akkużati b'bosta serqiet fil-passat, fosthom serqa ta' pupi tal-Playmobil b'valur totali ta' aktar minn €10,000. 

Żewġt irġiel li kienu qed jinżammu taħt arrest wara illi ġew akkużati illi kienu involuti f'kullana ta' serqiet f'diversi lokalitajiet, u li kien jinvolvi wkoll serq ta' number plates u anke magni tas-sigaretti ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest. Dawn it-tnejn, kienu akkużati b'bosta serqiet fil-passat, fosthom serqa ta' pupi tal-Playmobil b'valur totali aktar minn €10,000. 

L-Ispettur li mexxa l-Prosekuzzjoni qal illi l-Pulizija kienu segwew karozza illi kienet qed tintuża miż-żewġ akkużati wara li kienu serqu ħanut fl-Imsida iżda ħin minnhom l-irġiel baqgħu deħlin bil-karozza tagħhom f'dik tal-pulizija u ppruvaw jaħarbu billi telqu jiġru. Minkejja dan, wieħed mill-irġiel inqabad fil-post u l-ieħor inqabad u kien arrestat ilbieraħ. 

L-akkużati wieġbu mhux ħatja bl-avukati Franco Debono u Herman Mula li qed jidhru għalihom ma jitolbux il-ħelsien mill-arrest f'dan l-istadju. 

 

 

More in Qrati u Pulizija