Tifla ta' erba' snin bi ġrieħi gravi wara li waqgħet ġo xaft

Iċ-ċkejkna waqgħet għoli ta' madwar sular 

Illum għall-ħabta tat-3:00p.m. il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-aħħa li tifla ta' erba' snin iddaħħlet l-Isptar Mater Dei wara li sofriet xi ġrieħi wara waqgħa. 

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:00p.m. waqt li t-tifla kienet fir-residenza tagħha, fi Triq id-Dragun f'Ħal Qormi, waqgħet għoli ta' madwar sular ġo xaft. 

Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija