Aġġornata | Instab is-sewwieq involut fil-Hit-and-Run, li ħalla anzjan ta' 85 sena bi ġrieħi serji

Ir-raġel ta' 26 sena, li allegatament huwa involut f'dan il-każ, qiegħed jinżamm arrestat 

Investigazzjonijiet intensivi li saru mill-Pulizija wasslu biex fi ftit sigħat tinstab il-karozza kif ukoll ġie indentifikat is-sewwieq li allegatament kien involut fl-inċident li ħalla raġel ta' 85 sena bi ġrieħi gravi. 

Infakkru li aktar kmien illum għall-ħabta tal-5:30.a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ċensu Decandia, Ħal Luqa. Mill-investigazzjonijiet irriżulta li dan ir-raġel kien intalqgħet minn vettura li telaq minn fuq il-post filwaqt li fl-istess inċident żewġ karozzi li kienu pparkjati, Daihatsu Terios u Mazda Demio, sofrew xi ħsarat ukoll.

Is-sewwieq, Spanjol ta' 26 sena, kien arrestat aktar kmieni illum filwaqt li l-vettura tal-għamla Nissan, instabet fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa stess. 

Huwa qed jinżamm arrestat, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.

 

More in Qrati u Pulizija