Raġel jitlef ħajtu wara waqgħa ta' ħames sulari fuq il-post tax-xogħol

L-OHSA tiftaħ investigazzjoni fuq il-każ

Ritratt mill-arkivji
Ritratt mill-arkivji

Raġel ta' 57 sena minn Birkirkara jitlef ħajtu wara' waqagħa ta' ħames sulari. Illum għall-ħabta tal-10:15a.m. il-Pulizija ġiet ifurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa sit tal-kostruzzjoni fi Sqaq iż-Żiemel, limiti tal-Ħandaq, Ħal Qormi. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li dan ir-raġel kien weġġa' wara li waqa' waqt li kien qed jaħdem. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifiakt mejjet fuq il-post. 

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Intant fi stqarrija l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) saħqet li qed tinvestiga dan l-inċident. 

More in Qrati u Pulizija