Abner Aquilina jitkarrab għall-Maħfra Presidenzjali 'iffirmata mill-Prim Ministru' mumenti wara l-arrest

Aquilina ried li jkollu x'jaqsam biss ma' Dembska jekk tkun mejta 

Abner Aquilina, iż-żagħżugħ ta' 22 sena, akkużat bil-qtil tal-Pollakka Paulina Dembska, tkarrab lil Pulizija għal Maħfra Presidenzjali "iffirmata mill-Prim Ministru", ftit mumenti wara li l-arrest tiegħu. Dan ġara wara li ttieħed fil-polyclinic tal-Furjana. Meta ngħata flixkun tal-ilma, huwa waddbu, ressaq wiċċu mal-bodycam tal-uffiċjal tal-pulizija u għamel it-talba għall-maħfra. 

Dan ħareġ bħala parti mill-kumpilazzjoni tal-evidenza, fejn fost oħrajn telgħu għax-xhieda tliet psikjatri, Is-Supretendent tal-Iskwadra tal-Omiċidji Gary Scerri u Keith Cutajar l-espert tal-IT.

Aquilina kellu rabja kbira lejn id-dinja u n-nisa

L-avukat li qed jirrapreżenta l-familja ta' Dembska qara partijiet mir-rapport, li ġie konkluż f'Marzu li fih il-professjonisti rrimarkaw li kelli personalità anti-soċjali u li kellu rabja kbira lejn id-dinja u n-nisa.

Skont ir-rapport, l-esperti osservaw li Aquilina kien jiftakar ħafna mill-qtil ta' Dembska u kien qiegħed juża tattika biex jevita li jwieġeb il-mistoqsijiet. Apparti minn hekk huwa ried li jkollu x'jaqsam magħha iżda biss jekk tkun mejta. Ir-rapport għamel referenza għall-fatt li Aquilina kien konxju li kellu bżonn avukat biex jassistih. L-avukat qal li l-psikjatri ddeskrivewh ukoll bħala "opportunistic necrophiliac" (persuna opportunistà li tkun miġbuda lejn katavri tant li tkun trid li jkollha xtaqsam magħhom). 

Il-psikjatri ikkonfermaw li apparti li kienx konfuż fuq dak li ġara, beda jipprova jintimadhom. Intant l-avukat saħaq li Aquilina ilbieraħ attakka psikatra prominenti waqt li kienu qed jeżaminawh. 

'Idejn Aquilina kellu idejh mgħottija b'basktijet tal-karti minħabba d-DNA' 

Waqt din il-kumpilazzjoni s-Supretendent Scerri saħaq li ordna li Aquilina jkollu idejh mgħottija b'basktijiet tal-karti, biex aktar tard setgħu jieħdu traċċi ta' DNA minn taħt difrejgħ. Intant l-esper tal-IT saħaq li kien ġabar filmati minn 23 kamera tas-sigurtà miż-żoni ta' Tas-Sliema u San Ġiljan. Fil-fatt l-espert irnexxielu jistabillixxi l-movimenti ta' Dembska permezz tal-filmati. 

Il-filmati wrew ukoll li għall-ħabta tal-4:30a.m. ħareġ mil-lukanda, li fiha kien tefa' l-vettura u mexa' lejn il-Balluta. Fl-istess waqt intlemħet Dembska taqsam l-istess triq hekk kif sellmet lil ħabib tagħha, fi Triqitha lejn il-Fortizza. Aktar tard jintlemħu xi żgħażagħ li kienu mixjin quddiem Aquilina u li kienu viżibilment intimidati minnu. 

Il-każ se jkompli f'Ottubru

More in Qrati u Pulizija