Ir-raġel li nstab mejjet f'Birżebbuġa identifikat bħala l-anzjan li ħarab minn San Vinċenz

Mill-awtopsja li saret irriżulta li ma kienx hemm l-involviment ta' terzi persuni u l- mewta mhiex waħda suspettuża

Il-katavru li nstab f’għalqa taħt xi siġar fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa huwa ta' Karmenu Fino, l-anzjan ta’ 83 sena li kien ġie rrapportat nieqes fit-28 ta’ Ġunju, fejn l-aħħar li deher kien f’Ħal Luqa.

Dan ġie kkonfermat mill-analiżi forensiċi permezz tat-testijiet tad-DNA, li kienu meħtieġa minħabba li l-katavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni u ma setax jiġi identifikat mill-ewwel.

Mill-awtopsja li saret irriżulta li ma kienx hemm l-involviment ta' terzi persuni u l- mewta mhiex waħda suspettuża.

More in Qrati u Pulizija