Raġel u tifel ta' tmien snin isofru ġrieħi gravi kawża ta' inċident tat-traffiku

Il-ħabta seħħet bejn Ford Fiesta u mutur KTM 

Ilbieraħ għall-ħabta tas-7:15p.m, il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fil-limiti ta' Binġemma, ir-Rabat. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta' 39 sena minn Ħaż-Żebbuġ u mutur KTM misjuq minn raġel ta' 24 sena mir-Rabat. Fil-Ford kien hemm ukoll tifel ta' tmien snin. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur u lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn aktar tard huma ġew iċċertifikati li qed isofru ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija