Ħames snin ħabs wara li nstab ħati li seraq €50,000 f’ġojjellerija fl-2010

Ir-raġel kien daħal f'villa u seraq ammont konsiderevoli ta' deheb u ġojjellerija tal-familja

Raġel ta’ 55 sena mill-Iklin ingħata sentenza ta’ ħames snin ħabs wara li nstab ħati li fl-2010 daħal f’villa u seraq €50,000 f’ġojjellerija. 

Il-Maġistrat Simone Grech qrat is-sentenza tagħha lbieraħ li ġabet fi tmiem tiegħu proċess twil li kien ilu għaddej mill-2010.

L-istess raġel mhux l-ewwel darba li nstab ħati ta’ serq u għandu wkoll kawżi oħra simili pendenti.

Bint il-vittma, li dak iż-żmien tas-serqa kienet tqila, kienet spjegat lill-Qorti kif kienet fis-sodda meta ħabbat il-bieb ta’ barra u ftit wara tisma’ l-bieb jiġi żgassat. Hija kienet sabet lir-raġel fil-kamra tas-sodda tal-ġenituri tagħha, iqalleb fil-kxaxen.

Meta nduna bil-preżenza tagħha, ir-raġel ħarab.

Anke s-sid tal-villa kien xehed u qal li sab il-villa ta’ taħt fuq. 

Huwa nstab ħati ta’ serq aggravat u li kkawża ħsara fil-villa. Kien għalhekk li ngħata sentenza ta’ ħames snin ħabs waqt li l-Qorti ħadet inkonsiderazzjoni l-kondotta tiegħu u l-fatt li l-difiża naqqset milli tipprovdi evidenza biex turi li l-akkużat biddel l-attitudni tiegħu.

More in Qrati u Pulizija