Raġel akkużat li wettaq 22 serqa ma kellux indirizz fiss... Il-pulizija arrestawh meta skoprew fejn jgħix

Huwa allegament seraq minn diversi karozzi u stabbilimenti, fejn fihom insterqu ammont sostanzjali ta’ oġġetti, fosthom flus kontanti, apparat elektroniku bħal mobile phones u tablets, kif ukoll ħwejjeġ u aċċessorji

Riżultat ta' ġimgħat ta’ investigazzjonijiet intensivi u ħidma konġunta bejn il-Pulizija għall- Kommunità tal-Belt u l-Floriana u l-Pulizija tad-Distretti tal-Belt u Ħal Qormi, wasslu għall- arrest ta’ Libjan ta’ 29 sena b’rabta ma’ sensiela ta’ serqiet li seħħew fl-aħħar xhur mill- lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Ħamrun u Ħal Qormi.

Allegament, ir-raġel wettaq 22 serqa minn diversi karozzi u stabbilimenti, fejn fihom insterqu ammont sostanzjali ta’ oġġetti, fosthom flus kontanti, apparat elektroniku bħal mobile phones u tablets, kif ukoll ħwejjeġ u aċċessorji.

L-investigazzjonijiet wasslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel u kien arrestat nhar it- Tnejn li għadda fil-Marsa.

Huwa tressaq il-Qorti llum quddiem il- Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke fejn ġie mixli wkoll li għamel ħsarat fuq ħames karozzi. 

L-Ispettur qal fil-Qorti li bejn Marzu u Lulju ġew investigati numru ta' serqiet bl-akkużat jinqabad bil-kamera ta' wieħed mill-ħwienet iżda minħabba li l-akkużat ma kellux indirizz tad-dar, u għalhekk kompla jisraq sakemm instab. Huwa finalment ġie arrestat Ħal Qormi, iżda l-pulizija ġew informati b'mod anonimu li kien qed jgħix il-Marsa.

Ġiet reġistrata allegazzjoni mhux ħatja u l-libertà proviżorja ma ġietx mitluba.

 

 

More in Qrati u Pulizija